Xufier

Qed infittxu persuna biex tinghaqad mat-tim taghna MDF Trading Ltd (JYSK) bhala Xufier fuq bazi full-time. Il-hwienet taghna jinsabu f’Ħal Lija u Ħal Qormi, Malta.

 

MDF Trading Ltd (JYSK) hija katina ta hwienet globali li tbigħ kollox għad-dar, u topera aktar minn 2,900 ħanut madwar 51 pajjiż. Imwaqqfa fl-1979 fid-Danimarka, JYSK kellha suċċess kbir u rnexxielha żżomm rata ta’ tkabbir eċċezzjonali billi toffri lil klijenti taghha offerti kbar, kwalità affidabbli, xiri faċli, u servizz ta’ kwalita’.

 

Ir-responsabilitajiet ghal kandidati magħżula huma:

  • Spezzjonar ta’ l-ordnijiet.
  • Aggornament tal-kwantitajiet ta’ oġġetti fl-istokk.
  • Tigi provduta assistenza fir-rigward ta’ stokk fil-hwienet.
  • Manutenzjoni u ndafa ġenerali tal-maħżen.
  • It-twassil jew il-ġbir ta’ tagħmir ħafif u għamara lejn u minghand il-klijent.
  • Armar ta’ għamara flat-pack fil-bini tal-klijent.
  • Rikonċiljazzjoni ta’ flus kontanti u ircevuti flimkien ma supervizur.

Il-kandidati maghzula preferibbilment ikollhom:

  • Livell minimu ta’ edukazzjoni “O”.
  • Profiċjenti fl-użu ta’ kompjuter, preferibbilment iċċertifikat mill-ECDL.
  • Ħiliet verbali kif ukoll bil-miktub fl-Ingliż kif ukoll fil-lingwa Maltija.
  • Esperjenza prattika fl-industrija tal-bejgħ, preferibbilment fis-settur tal-għamara.
  • Enerġija, kariżma, u mentalità pożittiva, li kapaċi tikkomunika b’mod effettiv, verbalment u bil-miktub bil-Malti u bl-Ingliż, sabiex tkun tista’ tirrapporta b’mod adegwat lis-superjuri u tifforma relazzjonijiet tajbin.
  • Il-ħila li taqra mapep, issegwi direzzjonijiet, u tippjana r-rotot filwaqt li timxi mar-regolamenti tat-traffiku.
  • Liċenzja tas-sewqan Maltija valida.

Min hu interessat, jista’ japplika billi jibghat CV lil careers@jysk.com.mt